Saturday
Jul 31st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

“Ic-ciklizmu nadif aktar minn qatt qabel”

E-mail Print PDF

millar_escape_1“Minn wiehed mill-iktar sport milqut bid-doping, ic-ciklizmu llum jinsab fuq quddiem fil-glieda kontra l-uzu ta’ sustanzi pprojbiti fl-isports.” Hekk sahaq ic-ciklist kontroversjali b’dixxendenza Maltija, David Millar.


Millar li ghandu 32 sena ddomina l-ahbarijiet marbuta mac-ciklizmu din il-gimgha hekk kif irnexxielu jirbah l-appell li bih se jkun jista’ jikkompeti fil-Loghob tal-Commonwealth ta’ l-2010, f’isem l-Iskozja.

F’kummenti lill-midja wara li thabbret din id-decizjoni, Millar qal li “c-ciklizmu llum il-gurnata huwa nadif aktar minn qatt qabel.”


Fl-2004, Millar kien ibbannjat ghal sentejn filwaqt li ttehidlu t-titlu li kien rebah is-sena ta’ qabel wara li kien ammetta li ghamel uzu mill-booster tad-demm EPO. Madankollu, llum il-gurnata huwa sar wiehed mill-aktar kelliema prominenti kontra d-doping.


Id-doping fic-ciklizmu kien gie espost ghall-ewwel darba fuq skala kbira fit-Tour de France tal-1998. L-uzu ta sustanzi projbiti baqa’ jiddomina dan l-isport ghal numru ta’ snin b’diversi skandli johorgu fil-berah.


Dwar l-esperjenza personali tieghu fiz-zmien meta kien jabbuza minn dawn is-sustanzi, Millar sahaq li llum il-gurnata jaf li seta’ jaghmel minn kollox biex jippreveni l-azzjonijiet tieghu u ma jaqax fin-nassa. “Kieku l-karriera tieghi bdejtha llum il-gurnata, bil-mod ta’ kif zviluppa dan l-isport, zgur li ma kontx nabbuza. Imma sa minn meta sirt professjonali ta’ 19-il sena, esperjenzajt lil shabi u l-kompetituri tieghi jittaqbu,” temm jghid Millar.


David Millar huwa lest biex jirrapprezenta lill-Iskozja fil-Loghob tal-Commonwealth li se jsiru f’Delhi f’Ottubru li gej. Fl-istess hin ma cahadx l-interess tieghu li jiehu sehem ukoll fl-Olimpjadi ta’ Londra fl-2012. Madankollu s’issa l-projbizzjoni mill-Assocjazzjoni Olimpika Ingliza ghadha tapplika.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
24C 31C 31C 31C 32C
Sat Sun Mon Tue Wed

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo