Jidher li s-success tal-kumpanija tal-mobile Red Touch Fone qieghed ihajjar lil ohrajn jinvestu f’dan is-settur ghall-ewwel darba.
It-tim ta’ Valletta FC se jkun l-ewwel tim fil-futbol Malti li joffri servizz ta’ linja tal-mobile lill-partitarji tieghu, jista’ jikkonferma KullHadd.
Bid-decizjoni tad-dirigenti tat-tim Belti li t-tim jaqleb ghal sistema professjonali bil-plejers jitharrgu filghodu u filghaxija t-tmexxija tal-istess tim qieghda tahseb biex tfittex sorsi ohra tad-dhul u ma’ tibqax tiddependi biss fuq il-generozita’ tal-oghla ufficjali taghha.
Fost il-progetti li ghandhom id-dirigenti tal-Belt hemm is-servizz tal-mobile, immirat b’mod partikolari lejn il-partitarji Beltin. Konxji mil-lealtà tal-partitarji taghhom id-dirigenti tal-Belt qeghdin jisperaw li dan ikun progett li jikseb success u li jhalli dhul tajjeb lill-klabb.
Il-hsieb tat-tim ta’ Valletta kkonfermah ma’ KullHadd il-President tat-tim Victor Schriha.
“Nikkonfermalek mexjin fuqu fil-fatt,” qal Schriha dwar dan il-progett.
“Mexjin fuqha. Il-partitarji Beltin se jkollhom ic-cans jaqilbu fuq il-linja tat-tim ma jdumux,” zied jghid il-President Belti.
Mitlub jizvela l-isem ta’ dan is-servizz huwa qal li ghadu mhux il-waqt, ghalkemm huma hafna l-ismijiet li qeghdin jissemmew fosthom Valletta phone u City mobile fost ohrajn.
“Mhux ghal issa ghax ghadna ghaddejin bil-preparamenti. Malli jkun kollox komplut inkunu nistghu nhabbru dan f’konferenza tal-ahbarijiet,” zied jghid Schriha.
Huwa temm jghid li jispera li sa qabel il-Milied kollox ikun f’postu u s-servizz ikun beda.
Valletta FC mistennija juzaw l-infrastruttura ta’ wahda mill-kumpaniji stabbiliti f’dan il-qasam f’pajjizna.

| < Prev | Next > |
|---|








