Saturday
Jul 31st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Opportunità ghal bosta atleti Maltin

E-mail Print PDF

dsc03188Baqa’ biss ftit jiem ghall-Mediterranean Friendship Games u l-organizzazzjoni tinsab fl-aqwa taghha. Din se tkun it-tielet edizzjoni ta’ dawn il-loghob li joffru opportunità mill-isbah lil diversi sportivi Maltin biex jikkompetu fuq livell internazzjonali.

F’dawn il-jiem l-ufficjali mill-CONI Sicilia u l-Kumitat Olimpiku Malti (KOM) qeghdin jiffinalizzaw l-ahhar dettalji fil-programm ta’ avvenimenti li se jkunu qeghdin isiru.

L-edizzjoni ta’ din is-sena li se ssir fi Trapani, fi Sqallija bejn l-10 u 13 ta’ Settembru tinkludi  diversi sport. Fost dawn hemm l-isparar bil-qaws, il-Beach Volley, Dancesport, Fencing, Pool, Table Football, Ten Pin Bowling, Weightlifting, Badminton, Chess, Equestrian, Karate, Indoor shooting, Taekwondo u t-Triathlon.

CONI Sicilia se jkollhom zewg timijiet jippartecipaw, wiehed minn Trapani u l-iehor minn Palermo u dan huwa importanti ghall-izvilupp ta’ dan il-loghob ghax hekk qeghdin jinghataw opportunitajiet lil dixxiplini sportivi li mhux is-soltu jiehdu sehem fil-loghob tal-pajjizi zghar tal-Ewropa, fil-loghob tal-Meditteran u fil-Commonwealth.

Fil-fatt id-diversi assocjazzjonijiet sportivi li se jiehdu sehem ikunu qeghdin jistennew dawn il-loghob b’entuzjazmu kbir u bhalissa huma bosta l-atleti li minkejja l-granet shan tas-sajf qeghdin jippreparaw bis-shih biex fi Sqallija jiksbu rizultat tajjeb.

L-ewwel edizzjoni tal-Mediterranean Friendship Games saret f’Ottubru f’Modica u Palermo u t-tieni edizzjoni saret f’Malta bejn l-1 u t-3 Mejju 2008.

Inizjattiva tal-KOM 

Kien il-Kumitat Olimpiku Malti li kien hareg bl-idea li jigi organizzat dan it-tournament fis-sena 2007.

Fl-ewwel edizzjoni l-kontingent Malti kien ta’ 60 atleta u ufficjali minn ghaxar assocjazzjonijiet sportivi differenti -, Badminton, Dancesport, Fencing, Golf, Karate, Pool, Snooker, Table Football, Triathlon u Weightlifting.

Eventwalment it-tieni edizzjoni tal- Mediterranean Friendship Games 2008 saret f’Malta bejn l-1 u t-3 ta’ Mejju 2008.

Dan il-loghob kien gie organnizat mill-Kumitat Olimpiku Malti bhala parti mic-celebrazzjonijiet ta’ 80 anniversarju tal-KOM  u b’kollaborazzjoni mat-12-il federazzjoni sportiva affiljata maghha.

Il-Mediterranean Friendship Games qieghda ssir bhala wiehed mill-ghanijiet tal-Kumitat Olimpiku Malti li jinkludi l-inkoraggament u l-promozzjoni ta’ atleti Maltin f’diversi dixxiplini u tipprova taghti iktar opportunitajiet fejn huwa possibbli biex itejbu l-prestazzjonijiet taghhom.

Dawn il-loghob iservu wkoll bhala opportunità biex jissahhu r-relazzjonijiet bejn il-federazzjonijiet nazzjonali ta’ Malta u Sqallija u b’hekk jittejjeb il-livell tal-isport.

Minimu ta’ zewg atleti nisa u zewg atleti irgiel kemm minn Malta kif ukoll minn Sqallija ppartecipaw f’kull dixxiplina fil-loghob li sar s’issa.

Diversi facilitajiet sportivi intuzaw ghall- isport differenti inkluz il-Kottonera Sports Complex, Mtarfa Gym, Royal Malta Golf Club, l-Ghadira, Pembroke Track, Pandora Club, Ûejtun, MCAST Naxxar Gym, Coast Road u l-lukanda Topaz.

Fl-edizzjoni li saret Malta, il-bandiera Maltija ngarret mill-player tal-golf Andy Borg filwaqt li l-bandiera tal-Kumitat Olimpiku Malti ngarret minn erba’ atleti li fis-snin li ghaddew hadu sehem f’edizzjonijiet differenti tal-Loghob Olimpiku : Joanna Agius (sparar bil-qaws Mosca 1980 ; Los Angeles 1984 u Seoul 1988) Laurie Pace (Judo: Barcellona 1992 u Atlanta 1996) , Jason Trevisan (Judo: Seoul 1988 u Barcellona 1992) u Frans Pace (Sparar: Atlanta 1996 u Sydney 2000).

Fic-cerimonja tal-ftuh, kienet it-triatleta Danika Spiteri li qrat il-gurament ta’ fedeltà f’isem l-atleti Maltin u l-ufficjal tal-Karate Anthony Zammit f’isem l-ufficjali Maltin fl-azzjoni.

Ghal CONI Sicilia l-gurament inghata mill-ufficjal tal-mountain bike Gesualdo Di Bella u mill-atleta tal-pool Paolo Picataggi filwaqt illi l-bandiera ta’ Sqallija ngarret mit-tri atleta Marco Cumbo

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
24C 31C 31C 31C 32C
Sat Sun Mon Tue Wed

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo