Il-Maltin normalment maghrufa ghall-generozità taghhom, specjalment fejn jidhol bzonn uman u gust. Bhala poplu dejjem konna minn ta’ l-ewwel li noffru l-ghajnuna taghna minn naqra li jkollna.
Kuxjenza missjunarja
L-ghan ewlieni ta’ din il-maratona huwa l-aktar sabiex titqajjem kuxjenza missjunarja filwaqt li jingabru fondi ghall-missjonijiet fi hdan is-Socjetà Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP), kemm lokalment ghat-tfal residenti f’Dar San Guzepp, f’St Venera, kif ukoll ghall-missjonijiet fdati f’idejhom fil-Peru, Pakistan u fil-Filippini. B’hekk finalment, permezz tad-donazzjonijiet li jingabru permezz tal-maratona jigu ffinanzjati diversi progetti mahsuba biex itejjbu l-kwalità ta’ hajja ta’ tant nies li ghandhom bzonn ta’ l-ghajnuna u l-imhabba.
Fr Louis Mallia – Direttur ta’ CPi
Ghal aktar aggornamenti u informazzjoni dwar din il-maratona annwali, tkellimt ma’ Fr Louis Mallia li huwa d-direttur ta’ CPi (CAM Productions International). Fr Louis ilu 20 sena qassis u daqshekk iehor ilu jahdem fic-Centru Animazzjoni Missjunarja. “Dan ic-centru meta bdejt jien kien fil-bidu tieghu imma kellu sens specifiku dak li johloq animazzjoni missjunarja. F’dawn is-snin kollha zviluppajna tliet modi differenti konkreti hafna kif nghixu l-presenza ta’ animazzjoni,” beda jghidli Fr Louis.
Diversi progetti missjunarji
Mitlub jaghtini aktar dettalji dwar dawn it-tliet modi konkreti, Fr Louis sostna li l-ewwel wahda hi dik li jaghtu messagg missjunarju. “Filfatt hloqna sistema ahna nghidulha CAM Productions International li permezz taghha naghmlu programmi bil-mezzi ta’ komunikazzjoni ta’ interess missjunarja u anke biex nevangelizzaw. Matul is-snin dejjem konna qeghdin nghidu u nuru l-hidma konkreta tal-missjunarji b’mod ta’missjoni u b’mod ta’ karità. Xi haga ohra li ghenet kienet li nidhlu biex nghinu b’mod konkret lill-missjunarji MSSP fil-Peru, fil-Pakistan u fil-Filippini progetti ta’ ghajnuna lill-fqar. Illum nistghu nghidu li qed nghinu madwar hmistax-il progett konkret dak ta’ l-edukazzjoni, sahha u karità/ manteniment. Anke ghandna progett li nibaghtu l-lajci biex jghinu lill-hidma missjunarja fil-Peru. Matul is-snin diversi gruppi marru kull sena biex f’perijodi twal ta’ madwar sena jghinu f’hidmiet missjunarji fi progetti mal-fqar”, infurmani tajjeb Fr Louis.
Ohloq Tbissima – Is-seba’ sena taghha
Ta’ min jghid li din il-maratona – Ohloq Tbissima issa ilha ssir seba’ snin jekk nghoddu din ta’ din is-sena stess. Tlabtu jirrakontali fuq fuq l-idea wara din il-maratona kif nibtet u biex nghid hekk it-twelid taghha kif sehh. “Il-maratona gietna l-idea li naghmluha minhabba li ahna matul is-sena nxandru programmi religjuzi u ghedna noholqu programm li jkun twil 60 siegha u nsejhulu maratona u filwaqt li jaghti l-informazzjoni ta’ dak li l-missjunarji jkunu qed iwettqu, nghinu biex nigbru ghall-fini ta’ l-istess progetti li nghinu matul is-sena,” infurmani Fr Louis.
Kif kompla jghidli spjega li sabiex tittella’ maratona bhal din mhix bicca xoghol zghira imma l-ispirtu sabih u l-imhabba kbira ta’ hafna voluntiera li jaghtu fiha hija xi haga li taghmilha sabiha u ta’ unur. Fi kliem Fr Louis stess, “Meta tahseb fl-ohrajn li ghandhom bzonn hija importanti.”
Izur il-missjoni fil-Filippini
Minn informazzjoni li kont ksibt qabel ma tkellimt ma’ Fr Louis, kont naf li dan l-ahhar huwa stess zar il-missjoni tal-Filippini u anke ffillmja footage li filfatt ser jintwera waqt il-maratona ta’ din is-sena. B’hekk tlabtu jirrakonta u jaqsam din l-esperjenza mieghi u anke maghkom il-qarrejja ta’ Kullhadd. “Iva, filfatt xi xaharejn ilu mort tliet gimghat gewwa l-Filippini. F’dan il-pajjiz ghandna missjoni li qed tinhadem f’zewg postijiet principarjament. Ghandna hidma f’Manila man-nies li huma fqar u li qed jghixu fit-triq, ghandna chaplaincy f’Università kbira, u ghandna seminarju li qed jifforma lill-missjunarji gejjin minn Malta, Pakistan, Peru u mill-Filippini ukoll”, beda jirrakontali Fr Louis.
Zied jghid; “Hidma ohra li ghandna hija parrocca gewwa Balanga Bataan. Hija parrocca rurali b’nies tar-raba li ghandhom bzonn l-ghajnuna. Filfatt iz-zjara tieghi tmur fil-qalba tar-rahal, tal-familji u naraw ftit il-bzonnijiet taghhom. L-aktar nara kif Fr Joe li huwa l-kappillan f’din iz-zona qed jghin biex jibni komunità u jghix maghhom fil-bzonnijiet kollha li jiltaqghu maghhom. L-iktar problema kbira hija li minhabba li l-hajja taghhom tiddependi mir-ross jekk ikun hemm hafna maltemp u jista’ ikun jispiccalhom ir-ross in-nies ibatu l-guh. Hawnhekk Fr Joe jghin lill-familji biex ilahhqu man-nuqqas ta’ dak li hu essenzjali. Xi haga ohra importanti hija l-ghajnuna konkreta fi sponsors liz-zghazagh biex ikomplu jistudjaw fil-kulleggi u l-Università. Dan jghin biex itihom futur”, fissirli Fr Louis.
Divertiment ghall-familja kollha
Bhalma jigri ta’ kull sena, din is-sena Maratona Ohloq Tbissima ser terga’ ssir fic-Centru Animazzjoni Missjunarja fid-Dar ta’ San Guzepp. “Filwaqt li matul is-sena nuzaw l-istudjo taghna biex inxandru zewg programmi fl-ahhar tal-gimgha, bil-maratona nokkupaw il-bitha kollha tad-Dar ta’ San Guzepp li ssir l-istudjo u l-programm jinhadem hemm. Ta min jghid li din l-attività kollha ssir bl-attrezzatura kollha taghna tac-CPi - tkun it-tkomplija tas-sena hidma fi hdan ic-CPi”, aggornani Fr Louis.
Matul din il-maratona ma jonqosx id-divertiment ghall-familja kollha. Filfatt il-programm matul is-60 siegha tal-maratona jinkludi loghob, kant, zfin u partecipazzjoni ta’ xi whud mill-aqwa talent lokali, kif ukoll xi prezentaturi u membri parlamentari miz-zewg nahat tal-kamra jittantaw xortihom f’xi loghob. Ma jonqsux ukoll il-quddies u xi mumenti ta’ talb.
Appell lill-pubbliku
L-attendenza u l-partecipazzjoni taghkom il-qarrejja flimkien mal-familjari hija mhegga. Dan tistghu taghmluh b’zewg modi, jew billi tattendu u zzuru l-maratona fil-bitha ta’ Dar San Guzepp, f’St Venera, jew billi ssegwu live minn fuq l-istazzjonijiet tat-televzzjoni.
Filfatt ta’ min jghid li l-maratona Ohloq Tbissima ser tixxandar live fuq Education 22, b’diversi hinijiet ta’ trasmissjoni wkoll fuq Net TV, ONE TV u stazzjonijiet ohra.
Ghal dawk li jippreferu juzaw l-internet jistghu jsegwuha live minn fuq www.di-ve.com. Apparti hekk ser ikun hemm diversi kollegamenti ma’ l-istazzjonijiet lokali tar-radju.
Fl-ahharnett xtaqt ninforma lill-qarrejja li dawk kollha li jixtiequ jaghtu xi donazzjoni jistghu jaghmlu dan permezz tat-telefon u n-numri li qed jidhru hawn taht:-
€7 - 50049853
€14 - 50049855
€23 - 50049850
SMS €4.66 - 50618099

| < Prev | Next > |
|---|








