Il-personalità li tkellimt mieghu llum ghalija huwa persuna ffurtunat u anke kemmxejn originali fil-gosti tieghu. Nghid ghaliex. Jiena persuna tal-bnazzi, f’kelma ohra nhobb ix-xemx u l-bahar. Ghall-kuntrarju, huwa jhobb il-maltemp, u rigward fortuna ser tiskopru aktar tard f’din l-intervista stess.
Qed nirreferi ghall-fotografu lokali - Rene Rossignaud. Iltqajt mieghu ghal din l-intervista, fl-istudjo personali tieghu stess fis-Swieqi u mieghu ddiskutejt il-karriera, kif ukoll xi kurzitajiet.
F’Dicembru li gej Rene jaghlaq 29 sena, joqghod is-Swieqi u huwa mizzewweg. Meta staqsejtu x’passatempi ghandu, infurmani li jhobb isegwi l-maltemp, filwaqt li ppuntali li x-xoghol full-time tieghu huwa dak ta’ fotografu.
Bdejt billi staqsejtu x’kien dak il-fatt li hajjru jaqbad il-linja tal-fotografija. “Meta kelli 16-il sena kont noqghod fuq il-bejt nara s-sajjetti tal-maltemp, u darba pruvajt niehu ritratt, u tant kien gie tajjeb li kien gie ppubblikat fuq il-faccata ta’ wahda mill-gazzetti ewlenin ta’ Malta,” beda jispjegali Rene.
Jghid li s-sodisfazzjon li jiehu mill-fotografija hu li jista’ jkun differenti hafna mill-fotografi l-ohrajn. “Anke bhala artist nista’ nara affarjiet li ohrajn ma jarawx. Il-fotografija sabiha ghax thallik tkun espressiv u artistiku kemm trid. Il-fotografija hija hajti, ghax inqum u norqod kuljum bil-kamera hdejn rasi, u anke li kieku kont miljunarju, xorta wahda kont inkun fotografu,” spjegali fi kliemu.
Fis-sena 2004, Rene fetah ghal rasu bil-fotografija u beda jispecjalizza b’mod specjali f’fotografija fuq ic-celebritajiet. Fil-fatt sostna li ghamel diversi photoshoots kbar ghall-ikbar artisti Maltin, kif ukoll hafna shoots ghal kumpaniji ta’ reklamar kbar. Apparti minn hekk jaghmel ukoll ftit tigijiet ‘l hawn u ‘l hemm.
Mhux hekk biss, tant li Rene jahdem mill-qrib mal-kumpanija Amerikana, BWP Media, fejn din tispecjalizza f’ritratti ta’ celebritajiet mondjali. Tlabtu jispjegali xoghlu u l-involviment tieghu ma’ din il-kumpanija.
“Xoghli ma’ din il-kumpanija huwa li niehu hafna ritratti ta’ kollox, nies, ahbarijiet, gwerer, insomma kollox, u wara li nibghat ir-ritratti kollha fuq is-server ta’ barra, dawn wara jigu mqassmin mad-dinja kollha, l-istess kif tahdem AP jew Reuters News Agency,” spjegali Rene.
Fil-fatt minhabba din il-konnessjoni ta’ xoghol li ghandu, Rene jkollu jhalli xtutna ta’ spiss, biss biss din is-sena digà siefer xi erba’ darbiet, filwaqt li s-sena li ghaddiet siefer kwazi darba fix-xahar.
Diversi ritratti ta’ celebritajiet
L-intervista waqghet fuq id-diversi ritratti li jiehu ta’ celebritajiet mondjali. B’hekk staqsejtu kemm ihossu fortunat li bhala fotografu l-maggoranza tar-ritratti tieghu jkunu jinvolvu celebritajiet. “Ma tantx taghmilli differenza, però xorta wahda niehu hafna gost niltaqa’ ma’ nies kbar bhal dawn mid-dinja kollha. Hafna nies jghiru hafna ghalija ghax qed naghmel dan ix-xoghol,” wiegeb ironikament Rene.
Hadt l-opportunità nistaqsih jekk s’issa rnexxilux izomm xi kuntatt specjali ma’ xi celebrità maskili jew femminili. Izda b’dispjacir it-twegiba tieghu kienet fin-negattiv!!!
Immaginajt li xoghol bhal dan, fejn ilaqqghu ma’ diversi celebritajiet huwa xoghol sabih, filwaqt ukoll jista’ jkun kemmxejn antipatku ghal xi fatturi. Fil-fatt irrispondini hekk, “Hafna drabi jkun xoghol perikoluz ghax is-securities ma tantx ihalluk tahdem, specjalment barra minn Malta, u kwazi dejjem taqla’ xi daqqa tajba, però jien nara s-sabih ta’ dan ix-xoghol, u b’hekk inhossni iktar haj”.
Hasbu Enrique Iglesias
Tlabtu jirrakkontali xi grajja li gratlu waqt xogholu, biex nghid hekk ironika jew straordinarja u li jista’ jaqsam mieghi u maghkom il-qarrejja. Bi tbissima accetta u r-rakkont tieghu jghid hekk.
“Iva, darba kont l-ajruport qed nistenna lil Enrique Iglesias u hareg iehor qabel u hsibtu hu!! Fil-fatt anke domt nigri warajh, però ma kienx hu, u sakemm indunajt kien kwazi wasal ghall-karozza tieghu, u ezatt irnexxili niehu erba’ ritratti tieghu”, tbissem jghidli Rene.
Tkellimt mieghu dwar l-esperjenza tieghudin is-sena stess waqt li kien fil-qalba tal-gwerra ta’ Gaza. Esperjenza li mhu ser jinsa qatt, ghalkemm kienet difficli ferm, meta specjalment kif qal hu stess kien jara dawk in-nies kollha bil-guh, u tfal bla ikel u ilma.
“Meta gejt lura Malta, bdejt nara kollox ferm iktar sabih, u iktar apprezzajt kollox. Nahseb li din il-gwerra biddlitli hajti ghal dejjem”, sostna Rene.
Ma stajtx ma nistaqsihx jekk kienx qed jghix f’biza’ waqt li kien f’Gaza. Il-kummenti tieghu kienu, “Iva dazgur, u kemm domt hemm la kilt xejn, u jekk kont nipprova niekol xorta wahda bin-nervi kont nirremetti kollox. Tibda tghid lilek innifsek, issa qieghed hawn, u hames minuti ohra ma nafx”.
Kompla jirrakkontali li f’Gaza kien ghamel hafna hbieb, li anke dahhluh fi djarhom, fejn maghhom kien jiekol, u anke jdawwruh mal-pajjiz kollu. “Darba nzilt fit-tunnels illegali li hemm bejn Gaza u l-Egittu u qabzu fuqi militanti tal-Hamas fejn ippontaw machine gun ma’ rasi. Dak il-hin bzajt hafna, però wara ndunaw li kont Malti u hallewni inmur qawwi u shih. Kont ser naghmel tahti dak il-hin”, irrakkontali Rene, filwaqt li lili hallini b’halqi miftuh.
Il-missjoni tieghu fil-gwerer tkompli
Li jkun qalb il-gwerer donnu ma jaqtalux qalbu, anzi jhajjru jkompli aktar. Fil-fatt bi hsiebu jitla’ ghall-gwerra ta’ l-Iraq u Afganistan. “Ser nipprova nerga’ anke immur Gaza, u wara ghall-Iraq u Afganistan biex issa inkompli inkabbar dak li bdejt. Kont l-ewwel gurnalist Malti li dhalt Gaza, u rrid inkun l-ewwel li nidhol f’dawn il-postijiet tal-gwerra ohra. Jien ma tantx nibza’ minn hafna affarjiet fil-hajja, hlief minn xi wirdiena. Fil-hajja darba biss trid tmut, allura m’hemmx hafna ghalxiex tinkwieta”, kompla jghidli deciz fi kliemu Rene.
Fuq nota ohra, Rene qasam xewqa mieghi li ilha tberren f’mohhu.
Fil-fatt gharrafni li din is-sena beda jahdem fuq serje ta’ kotba li jitrattaw fuq lokalitajiet madwar Malta u Ghawdex. “Nispera li sa l-ahhar ta’ din is-sena nohrog tlieta minnhom”.
Dwar pjani futuri qalli li mhux li hemm hafna, hlief li jibqa’ ghaddej kif inhu bhalissa, ghalkemm qasam hsieb mieghi li jghid hekk, “Kemm jista’ ikun ma nhallix min ikompli jaghmilli l-bsaten fir-roti, haga li f’dan il-pajjiz ghadna tajbin hafna ghaliha, u jekk Alla jrid nibqa’ nikber fuq is-success li kelli barra pajjizi fl-ahhar snin”, temm jghidli Rene.

| < Prev | Next > |
|---|








